Tassazzjoni tar-riċerkaturi

Eżenzjoni tat-taxxa

Normalment, jekk tmur tgħix f'pajjiż ieħor biex taħdem, ikollok tħallas it-taxxa hemmhekk.

Skopri aktar dwar it-taxxa tad-dħul fl-Ewropa.

Twissija

Iżda r-riċerkaturi fl- UE kultant jistgħu sempliċement ikomplu jħallsu t-taxxa f'pajjiżhom.

Dan huwa ħafna drabi l-każ jekk inti student viżitatur ta' PhD jew jekk id-dħul tiegħek jiġi minn entità pubblika f'pajjiżek. F'dak il-każ, id-dħul tiegħek huwa kopert mill-ftehimiet bilaterali dwar it-taxxa bejn pajjiżek u l-pajjiż fejn mort toqgħod.

Dawn għandhom l-għan li jevitaw taxxa doppja, iżda x'aktarx ikun hemm aktar dokumenti x'timla' qabel ma titlaq.

Il-ħlas tat-taxxa bħala post-doc

Dawk li jkunu qed jagħmlu riċerka post-dottorali normalment ikollhom iħallsu t-taxxa fil-pajjiż fejn qed jgħixu, jew bħala impjegati ta' università/istituzzjoni ta' riċerka hemmhekk, jew daqslikieku qed jaħdmu għal rashom fuq riċerka bi sħab ma dawn l-istituzzjonijiet.

Is-sitwazzjoni tat-taxxa fil-pajjiżi speċifiċi

Fejn tidħol it-taxxa doppja il- ftehimiet jistgħu jvarjaw ħafna, jekk jogħġbok iċċekkja s-sitwazzjoni fil-pajjiż fejn qed taħseb biex tmur tgħix.

Skopri aktar dwar il-portali nazzjonali:

  • Ċipruen
  • Franzaenfr
  • iċ-Ċekjaen
  • id-Danimarkaen
  • il-Belġjuen
  • il-Bulgarijaen
  • il-Finlandjaen
  • il-Ġermanjaen
  • il-Greċjaen
  • il-Kroazjaen
  • il-Latvjaen
  • il-Litwanjaen
  • il-Lussemburguen
  • il-Pajjiżi l-Baxxien
  • il-Polonjaen
  • il-Portugallen
  • in-Norveġjaen
  • ir-Rumanijaen
  • is-Slovakkjaen
  • is-Slovenjaen
  • l-Awstrijaen
  • l-Estonjaen
  • l-Irlandaen
  • l-Islandaen
  • l-Isvezjaen
  • l-Italjaen
  • l-Ungerijaen
  • Maltaen
  • Spanjaen

Mistoqsijiet frekwenti

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

L-aħħar verifika: 27/03/2025
Ikkondividi din il-paġna