Il-ħlas tard

Jekk in-negozju tiegħek ipprovda oġġetti jew servizzi lil klijent (skont it-termini tal-kuntratt kummerċjali) u ma tkunx irċevejt il-ħlas mingħandhom sad-data miftiehma, int intitolat li tirċievi l-imgħax u kumpens fuq il-ħlas li jkun dovut lilek.

Dan japplika għat-tranżazzjonijiet kummerċjali tiegħek kollha ma' negozji oħrajn (inklużi kummerċjanti uniċi, bil-kundizzjoni li jkunu qed jaġixxu fl-attività ekonomika jew professjonali indipendenti tagħhom) u mal-awtoritajiet pubbliċi.

Twissija

Dawn ir-regoli u dawk tat-taqsimiet ta’ wara ma jgħoddux:
  • fil-każ ta’ proċedimenti ta’ insolvenza (inklużi proċedimenti mmirati għar-ristrutturar ta’ dejn)
  • għal pagamenti ta’ kumpens għal danni (pereżempju minn kumpaniji tal-assigurazzjoni)

Mur direttament għall-kalkulatur tal-imgħax biex tara kemm int dovut jew agħżel liema hi s-sitwazzjoni tiegħek mil-lista ta’ hawn taħt.

Għandi nieħu l-flus mingħand

Għandi nieħu l-flus mingħand negozju ieħor

Għandi nieħu l-flus mingħand awtorità pubblika

Għandi nieħu l-flus mingħand konsumatur

Ma tistax titlob imgħax ta’ inadempjenza fi tranżazzjonijiet ma’ konsumaturi. Jekk għandek kwistjoni ma’ konsumatur, ir-regoli ta’ hawn fuq ma japplikawx. Għal aktar informazzjoni dwar kwistjonijiet mal-konsumaturi, ara:

In-negozju tiegħi hu bbażat f’pajjiż tal-UE u għandi nieħu l-flus mingħand negozju li jopera fl-istess pajjiż.

Ikkalkula l-imgħax dovut

Jekk tkun issodisfajt l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħek u l-klijent ikun responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, mhux minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu) int intitolat titlob l-imgħax għal ħlas tard u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru.

Meta hu dovut l-imgħax?

L-imgħax hu dovut mill-jum wara d-data dovuta stabbilita fil-kuntratt.

Jekk ma ffissajtx perjodu ta’ ħlas fil-kuntratt, l-imgħax isir awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li l-klijent jirċievi l-fattura jew talba għall-ħlas mingħandek.

Jekk ma tafx meta waslet il-fattura, tista’ titlob imgħax 30 jum kalendarju wara li pprovdejt is-servizz u/jew prodotti tiegħek.

Jekk tibgħat il-fattura lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.

Kemm għandu jiżdied imgħax?

Inti tista’ titlob ir-rata tal-imgħax għal ħlas tard kif miftiehem fil-kuntratt. Jekk ma kienet miftiehma ebda rata, tapplika r-rata statutorja.

Pajjiż tal-UE 01/07/2025 – 31/12/2025
Ċipru 10,15
Franza 12,15
iċ-Ċekja 11,50
id-Danimarka 9,75
il-Belġju 10,50
il-Bulgarija 11,91
il-Finlandja 10,50
il-Ġermanja 10,27
il-Greċja 10,15
il-Kroazja 10,15
il-Latvja 10,15
il-Litwanja 10,15
il-Lussemburgu 10,15
il-Pajjiżi l-Baxxi 10,15
il-Polonja (settur tas-saħħa) 13,25
il-Polonja (setturi oħra) 15,25
il-Portugall 10,15
ir-Rumanija 14,50
is-Slovakkja 10,15
is-Slovenja 10,15
l-Awstrija 10,73
l-Estonja 10,15
l-Irlanda 10,15
l-Isvezja 10,00
l-Italja 10,15
l-Ungerija 14,50
Malta 10,15
Spanja 10,15

Uża l-kalkulatur tagħna biex tiskopri kemm imgħax int intitolat li titlob.

Kumpens għall-kostijiet tal-irkupru

Flimkien mal-imgħax dovut, int intitolat li titlob ħlas ta’ kumpens b’rata fissa ta' €40 (jew l-ekwivalenti) għal kull fattura mħallsa tard (f’ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont għandu mnejn ikun ogħla, ikkalkulat skont il-valur tal-fattura tiegħek).

Jekk l-ispejjeż li ġarrabt biex tirkupra d-dejn tiegħek jaqbżu dan il-valur, jista’ jintalab kumpens addizzjonali raġonevoli (jiġifieri spejjeż amministrattivi, ħlas għall-ġbir ta’ djun, jew spejjeż biex tqabbad avukat).

It-taxxa fuq il-valur miżjud (VAT)

Inti żżomm imgħax fuq l-ammont gross tad-dejn (inkluża l-VAT), iżda ma tħallasx il-VAT fuq l-imgħax.

Kif tirkupra d-dejn tiegħek

  • Ibgħat fattura lill-klijent tiegħek li tkun tinkludi l-imgħax u l-ħlas ta’ kumpens.
  • Ikkuntattja korp nazzjonali li għandu mnejn ikun jista’ jgħinek tirkupra d-dejn tiegħek.
  • Qabbad aġenzija tal-ġbir tad-dejn.
  • Ikseb titolu li jista' jkun infurzat minn qorti nazzjonali.

In-negozju tiegħi hu bbażat f’pajjiż tal-UE u għandi nieħu l-flus mingħand negozju li jopera f’pajjiż tal-UE differenti minn tiegħi.

Il-kuntratti huma regolati mil-liġi magħżula mill-partijiet involuti. Għalhekk, għandek tivverifika liema liġi tirregola l-kuntratt tiegħek.

Jekk ma saret ebda għażla speċifika meta ffirmajt il-kuntratt, ir-regoli dwar il-pagamenti tard huma regolati mil-liġi tal-pajjiż li fih il-kreditur għandu r-residenza abitwali tiegħu.

Din ir-regola hi l-istess kemm għall-bejgħ ta’ oġġetti kif ukoll għall-provvediment ta’ servizzi.

Twissija

Jekk il-kuntratt tiegħek hu rregolat mil-liġijiet ta’ pajjiżi mhux tal-UE, ir-regoli segwentigħandu mnejn ma japplikawx.

Ikkalkula l-imgħax dovut

Jekk tkun issodisfajt l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħek u l-klijent ikun responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, mhux minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu) int intitolat titlob l-imgħax għal ħlas tard u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru.

Meta hu dovut l-imgħax?

L-imgħax hu dovut mill-jum wara d-data dovuta stabbilita fil-kuntratt.

Jekk ma ffissajtx perjodu ta’ ħlas fil-kuntratt, l-imgħax isir awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li l-klijent jirċievi l-fattura jew talba għall-ħlas mingħandek.

Jekk ma tafx meta waslet il-fattura, tista’ titlob imgħax 30 jum kalendarju wara li pprovdejt is-servizz u/jew prodotti tiegħek.

Jekk tibgħat il-fattura lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.

Kemm għandu jiżdied imgħax?

Inti tista’ titlob ir-rata tal-imgħax għal ħlas tard kif miftiehem fil-kuntratt. Jekk ma kienet miftiehma ebda rata, tapplika r-rata statutorja.

Pajjiż tal-UE 01/07/2025 – 31/12/2025
Ċipru 10,15
Franza 12,15
iċ-Ċekja 11,50
id-Danimarka 9,75
il-Belġju 10,50
il-Bulgarija 11,91
il-Finlandja 10,50
il-Ġermanja 10,27
il-Greċja 10,15
il-Kroazja 10,15
il-Latvja 10,15
il-Litwanja 10,15
il-Lussemburgu 10,15
il-Pajjiżi l-Baxxi 10,15
il-Polonja (settur tas-saħħa) 13,25
il-Polonja (setturi oħra) 15,25
il-Portugall 10,15
ir-Rumanija 14,50
is-Slovakkja 10,15
is-Slovenja 10,15
l-Awstrija 10,73
l-Estonja 10,15
l-Irlanda 10,15
l-Isvezja 10,00
l-Italja 10,15
l-Ungerija 14,50
Malta 10,15
Spanja 10,15

Uża l-kalkulatur tagħna biex tiskopri kemm imgħax int intitolat li titlob.

Kumpens għall-kostijiet tal-irkupru

Flimkien mal-imgħax dovut, int intitolat li titlob ħlas ta’ kumpens b’rata fissa ta' €40 (jew l-ekwivalenti) għal kull fattura mħallsa tard (f’ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont għandu mnejn ikun ogħla, ikkalkulat skont il-valur tal-fattura tiegħek).

Jekk l-ispejjeż li ġarrabt biex tirkupra d-dejn tiegħek jaqbżu dan il-valur, jista’ jintalab kumpens addizzjonali raġonevoli (jiġifieri spejjeż amministrattivi, ħlas għall-ġbir ta’ djun, jew spejjeż biex tqabbad avukat).

Kif tirkupra d-dejn tiegħek

In-negozju tiegħi hu bbażat f’pajjiż tal-UE u għandi nieħu l-flus mingħand awtorità pubblika li topera fl-istess pajjiż.

Ikkalkula l-imgħax dovut

Jekk tkun issodisfajt l-obbligi kuntrattwali u legali tiegħek u l-klijent ikun responsabbli għad-dewmien (jiġifieri, mhux minħabba ċirkustanzi lil hinn mill-kontroll tiegħu) int intitolat titlob l-imgħax għal ħlas tard u l-kumpens għall-ispejjeż ta’ rkupru.

Meta hu dovut l-imgħax?

L-imgħax hu dovut mill-jum wara d-data dovuta stabbilita fil-kuntratt.

Jekk ma ffissajtx perjodu ta’ ħlas fil-kuntratt, l-imgħax isir awtomatikament pagabbli 30 jum kalendarju wara li l-klijent jirċievi l-fattura jew talba għall-ħlas mingħandek.

Jekk ma tafx meta waslet il-fattura, tista’ titlob imgħax 30 jum kalendarju wara li pprovdejt is-servizz u/jew prodotti tiegħek.

Jekk tibgħat il-fattura lill-klijent qabel ma tipprovdi s-servizz u/jew prodott tiegħek, il-perjodu jibda biss wara l-kunsinna.

Kemm għandu jiżdied imgħax?

Inti tista’ titlob l-imgħax bir-rata statutorja.

Pajjiż tal-UE 01/07/2025 – 31/12/2025
Ċipru 10,15
Franza 12,15
iċ-Ċekja 11,50
id-Danimarka 9,75
il-Belġju 10,50
il-Bulgarija 11,91
il-Finlandja 10,50
il-Ġermanja 10,27
il-Greċja 10,15
il-Kroazja 10,15
il-Latvja 10,15
il-Litwanja 10,15
il-Lussemburgu 10,15
il-Pajjiżi l-Baxxi 10,15
il-Polonja (settur tas-saħħa) 13,25
il-Polonja (setturi oħra) 15,25
il-Portugall 10,15
ir-Rumanija 14,50
is-Slovakkja 10,15
is-Slovenja 10,15
l-Awstrija 10,73
l-Estonja 10,15
l-Irlanda 10,15
l-Isvezja 10,00
l-Italja 10,15
l-Ungerija 14,50
Malta 10,15
Spanja 10,15

Uża l-kalkulatur tagħna biex tiskopri kemm imgħax int intitolat li titlob.

Kumpens għall-kostijiet tal-irkupru

Flimkien mal-imgħax dovut, int intitolat li titlob ħlas ta’ kumpens b’rata fissa ta' €40 (jew l-ekwivalenti) għal kull fattura mħallsa tard (f’ċerti pajjiżi tal-UE l-ammont għandu mnejn ikun ogħla, ikkalkulat skont il-valur tal-fattura tiegħek).

Jekk l-ispejjeż li ġarrabt biex tirkupra d-dejn tiegħek jaqbżu dan il-valur, jista’ jintalab kumpens addizzjonali raġonevoli (jiġifieri spejjeż amministrattivi, ħlas għall-ġbir ta’ djun, jew spejjeż biex tqabbad avukat).

Kif tirkupra d-dejn tiegħek

N.B. Jekk il-ħlasijiet mingħand awtorità pubblika jaslu tard b’mod sistematiku, tista’ wkoll tagħmel ilment uffiċjali mal-Kummissjoni Ewropea.

In-negozju tiegħi hu bbażat f’pajjiż tal-UE u għandi nieħu l-flus mingħand awtorità pubblika li topera f’pajjiż tal-UEdifferenti minn tiegħi.

Kalkulatur tal-imgħax

Sir af aktar dwar il-ħlasijiet tard f’pajjiżek:

Qasam mandatarju
** Ir-rata għal dan il-perjodu għadha ma ġietx ikkonfermata mill-Istat Membru

Leġiżlazzjoni tal-UE

Teħtieġ l-għajnuna mis-servizzi ta’ assistenza?

Ikkuntattja s-servizzi ta' assistenza speċjalizzata

Għandek xi mistoqsijiet dwar kif topera negozju transfruntier, pereżempju l-esportazzjoni jew l-espansjoni lejn pajjiż ieħor tal-UE? Jekk hu l-każ, Enterprise Europe Network jista’ jagħtik pariri b’xejn.

Tista’ tuża wkoll l-faċilità għas-sejbien tas-servizzi tal-assistenza biex issib l-għajnuna t-tajba għalik.

L-aħħar verifika: 12/12/2025
Ikkondividi din il-paġna